![]() Xagħra: Ix-xagħra f’din l-istorja hija ambjent naturali tipiku tal-Ingilterra u l-Iskozja, fejn l-art hija ċatta, ġeneralment fil-għoli, b’ħaxix baxx u ħamrija umda minħabba x-xita li tagħmel ta’ spiss. L-għadajjar tajn huma perikolużi billi min jinqabad fihom, it-tajn jista’ jinżel bih u ma jkunx jista’ joħroġ malajr. Il-Kelb Tal-Baskerville Xaman: Raġel spiritwali u importanti fit-tribujiet tal-ewwel nazzjonijiet tal-Amerika. Barra milli kien idewwi lill-morda jew lill-feriti, kien jagħti wkoll pariri lill-kap tal-poplu. L-Istorja Ta’ Pokaħontas Xelin: Munita antika Ingliża. Ir-Raġel L-Inviżibbli Xprun: Din tkun ponta iebsa tal-metall mal-għarqub taż-żarbun, biex ir-rikkieb iniġġeż liż-żiemel ħalli jimxi. Don Quixote ***** ***** *^^^* ***** *****Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja |