Glossarju

A   B   Ċ   C   D   E   F   Ġ  
G      H   Ħ   I   Ie   J   K  
L   M   N   O   P   Q   R   S  
T   U   V   W   X   Y   Ż   Z  
<<< F >>>
Klikkja t-titlu tal-ktieb biex tara
l-kelma fil-kuntest tal-istorja.
***** ***** ***** ***** *****

Faqqiegħa: Xitla li għandha forma ta’ umbrella. Peter Pan 

Fieres: Kelma oħra għal kavallier. Don Quixote 

Fliegu: Baħar bejn żewġ artijiet jew gżejjer, eż. Il-fliegu bejn Malta u Għawdex. L-Argonawti 

Forka: Il-post fejn jinqatlu l-kriminali kkundannati għall-mewt. Il-Gżira Tat-Teżor 

Fosfru: Materjal kimiku abjad, imma li jarmi dija ħadranija fid-dlam. Il-Kelb Tal-Baskerville 

Frejgatina: Dgħajsa mdaqqsa li kienet tesa’ numru kbir ta’ suldati. L-Assedju L-Kbir 

Frejgatina: Dgħajsa mdaqqsa li l-baħrin kienu jużaw biex joqorbu lejn il-balieni ħalli jkunu jistgħu jaqbduhom bil-ħarpuniet. Moby Dick 

Fsada: Tneħħija tad-demm. F’dawk iż-żminijiet kienu jaħsbu li biex tikkura xi mard, wieħed kien iħalli d-demm inixxi mill-ġisem għal ftit. Don Quixote 

Furban: Kelma oħra għal pirata. L-Assedju L-Kbir 

***** ***** *^^^* ***** *****

Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja