Glossarju

A   B   Ċ   C   D   E   F   Ġ  
G      H   Ħ   I   Ie   J   K  
L   M   N   O   P   Q   R   S  
T   U   V   W   X   Y   Ż   Z  
<<< Q >>>
Klikkja t-titlu tal-ktieb biex tara
l-kelma fil-kuntest tal-istorja.
***** ***** ***** ***** *****

Qasba tar-ragħad: Kif l-ewwel nazzjonijiet tal-Amerika kienu jsejħu l-ixkubetti li ġabu magħhom l-Ewropej. Kienu jsejħulhom hekk minħabba l-ħoss qawwi li kienu jagħmlu malli jisparaw. L-Istorja Ta’ Pokaħontas 

Qorriegħa: l-iskutella tar-ras. Kienet drawwa fost ħafna mill-ewwel nazzjonijiet tal-Amerka li jqaxxru l-ġilda tal-qorriegħa, bix-xagħar b’kollox, tal-għedewwa li kienu joqtlu, u jżommuha bħala trofew. L-Aħħar Moħikan 

Quixada: Bl-Ispanjol, il-pronunzja hija kiħada. Għalhekk Don Quixote (jew Quijote) ngħiduha Don Ki-ħo-te. Ismagħha hawn. Don Quixote 

Qwieqeb: (singular, qawqab). Id-dwiefer f’saqajn annimali bħaż-żwiemel u l-barrin. L-Argonawti 

***** ***** *^^^* ***** *****

Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja