![]() Paġġ: Paġġ kien qaddej, jew assistent. Kull fieres kellu l-paġġ tiegħu biex jgħinu jieħu ħsieb iż-żiemel, l-armatura u l-armi tiegħu, kif ukoll biex jagħmillu qadjiet oħra. Don Quixote Pagoda: Tempju orjentali, forma ta’ torri b’ħafna sulari, ġeneralment tar-reliġjon Buddista. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum Palankin: Siġġu mgħotti, imqiegħed fuq lasti twal, u li jġorruh fuq spallejhom erbgħa jew sitta minn nies. Stejjer Qabel Torqod 1 Palelli: Imqadef bil-pala kbira. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum Palizzata: Palizzata kienet ringiela ta’ zkuk ippuntati li setgħu jservu ta’ barriera fuq l-art jew taħt wiċċ l-ilma. L-Assedju L-Kbir Parċmina: Speċi ta’ karta magħmula mill-ġild tal-annimali li kienu jiktbu d-dokumenti fuqha fl-antik. Don Quixote | Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Pattulja: Grupp żgħir ta’ suldati li xogħolhom hu li jgħassu biċċa art jew post. L-Assedju L-Kbir Peniżola: Biċċa art imdawra bil-baħar fuq tliet naħat. L-Għolja Xiberras, il-Birgu u Senglea t-tlieta huma peniżoli. L-Assedju L-Kbir| Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Pennun: Il-parti fil-għoli ta’ arblu ta’ xini fejn tifforma salib ma’ arblu mimdud. Il-Gżira Tat-Teżor Pied: Kejl Ingliż għat-tul − madwar 30.48 ċentimetru. Ħrejjef Minn Ktieb Il-Ġungla | Il-mummja | Moby Dick| Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Pira: Pjattaforma magħmula biz-zkuk fejn ipoġġu l-katavru għall-ħruq. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum Poppa: Il-parti ta’ wara ta’ xini, vapur jew dgħajsa. Il-Vjaġġi Ta’ Gulliver | Moby Dick Promontorju: Art dejqa u għolja li toħroġ ’il barra fuq il-baħar. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Pulzier: Kejl Ingliż, daqs 2.54 ċentimetru. Pied fih tnax-il pulzier. Il-mummja | Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja | Il-Vjaġġi Ta’ Gulliver| Puntun: Numru ta’ dgħajjes ċatti marbutin flimkien u pjanċa twila tal-injam poġġuta fuqhom biex isservi ta’ pont. L-Assedju L-Kbir Pupress: L-arblu mimdud fuq il-ponta ta’ quddiem ta’ xini. Il-Gżira Tat-Teżor ***** ***** *^^^* ***** *****Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja |