Glossarju

A   B   Ċ   C   D   E   F   Ġ  
G      H   Ħ   I   Ie   J   K  
L   M   N   O   P   Q   R   S  
T   U   V   W   X   Y   Ż   Z  
<<< S >>>
Klikkja t-titlu tal-ktieb biex tara
l-kelma fil-kuntest tal-istorja.
***** ***** ***** ***** *****

Sarġ: Oġġett magħmul minn drapp u ġild, u jitpoġġa fuq dahar iż-żiemel biex wieħed jirkeb fuqu. Don Quixote | L-Aħħar Moħikan | L-Istorja Ta’ Mulan 

Scotland Yard: Il-kwartier ġenerali tal-pulizija ta’ Londra. Illum magħruf bħala New Scotland Yard. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum 

Seffud tan-nar: Lasta tal-ħadid li tintuża biex iċċaqlaq il-faħam jew iz-zkuk jaqbdu fil-fuklar. Ir-Raġel L-Inviżibbli 

Senat: Il-korp ta’ gvernaturi Ruman, li f’ċerti każijiet kien ukoll qisu parlament. Spartaku 

Sesterz: Munita Rumana antika. Ben Hur 

Sies: Qiegħ l-irdum; ‘sies’ tfisser ukoll il-pedament ta’ xi ħajt. Is-Sigriet ta' Għar is-Sriep 

Skuna: Biċċa tal-baħar żgħira, b’żewġt arbli u iżgħar minn bastiment. Moby Dick 

Sold: Madwar 35 ewroċenteżmu. Sold kien munita antika fl-Ingilterra u xi pajjiżi oħra. Tnax-il sold kienu jagħmlu xelin. Tletin sold (żewġ xelini u nofs) jiġu ftit aktar minn għaxar ewro. Għanja Tal-Milied 

Stoċċ: Speċi ta’ but fejn il-persuna żżomm pistola fuq ġenbha. L-Aħħar Moħikan 

Stuta: Speċi ta’ lembut li jużawh biex jitfu x-xemgħat bih. Għanja Tal-Milied 

***** ***** *^^^* ***** *****

Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja