![]() Magħżel: Dik il-parti tal-magna tal-ħjata li jdur magħha l-ħajt jew is-suf. Il-Qattus Li Fenda Għal Rasu Malta bħala rigal: Fil-fatt Karlu V kien ta ’l Malta lill-Ordni bir-renta ta’ bies (falkun tal-kaċċa) kull sena. Kienet renta simbolika. L-Assedju L-Kbir Mandarin: Speċi ta’ ministru jew pożizzjoni oħra għolja fil-gvern tal-Imperu taċ-Ċina. Stejjer Qabel Torqod 1 Manilla: Mir-reġjun ta’ New South Wales, l-Awstralja. Moby Dick Manuskritt: Dokument miktub bl-idejn, mhux stampat. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Marte: Fir-reliġjon pagana Rumana, l-alla tal-gwerra. Ben Hur Mehrież: Tip ta’ skutella biex fiha tfarrak ħaxix u żerriegħa ibsin. Stejjer Qabel Torqod 1 Mekka, Il-: Belt fl-Arabja Sawdita li hija l-aktar post qaddis għar-reliġjon tal-Iżlam, u fejn jingħad li kien twieled il-profeta Mawmettu. Il-Musulmani jridu bilfors jagħmlu pellegrinaġġ għall-Mekka mill-inqas darba f’ħajjithom. L-Assedju L-Kbir Merċenarju: Suldat li kien jiġġieled mhux għar-reliġjon jew għall-politika, imma sempliċement biex jaqla’ x’jiekol. Għalhekk ma jkun marbut mal-ebda armata jew gvern, u jista’ jitlaq meta jrid. L-Assedju L-Kbir Meridjan: Linja immaġinarja mill-parti ta’ fuq tad-Dinja (l-Artiku) għall-parti t’isfel (l-Antartiku). Billi d-dinja għandha bejn wieħed u ieħor il-forma ta’ globu, hemm 360 meridjan. Nibdew ngħoddu l-merdjani minn Greenwich fl-Ingilterra u nimxu lejn il-Lvant. Bejn meridjan u ieħor hemm siegħa (siegħa aktar minn Greenwich lejn il-Lvant, u siegħa inqas lejn il-Punent). Għalhekk il-meridjan tan-nofs, il-180, fuq id-dinja jiġi eżatt l-oppost ta’ Greenwich, bejn wieħed u ieħor fin-nofs tal-Oċean Paċifiku, bejn l-Asja u l-Amerka. Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum Mika tal-iskist: Tip ta’ blat. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Mil: Kejl ta’ distanza antik Ingliż bejn wieħed u ieħor jiġi ftit aktar minn kilometru u nofs. Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum | Il-Vjaġġi Ta’ Gulliver | Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Milizzja: Forza ta’ nies ċivili maqbudin bil-lieva, imma mhux imħarrġin bħala suldati b’mod professjonali. Spartaku Minżel: Il-kelma ‘minżel’ ġejja mill-verb ‘niżel’, u tfisser post minn fejn tinżel, bħal xi taraġ. Is-Sigriet ta' Għar is-Sriep Mirra: Prodott minn siġra li jintuża għall-fwieħa u l-inċens. Il-mummja Mistur: Moħbi. Is-Sigriet ta' Għar is-Sriep Mixi fuq it-tavla: Xi drabi l-pirati kienu jġiegħlu lill-priġunieri tagħhom jimxu fuq it-tavla. Kienu joħorġu tavla tal-injam fuq il-ġenb tax-xini. Lill-priġunieri kienu jorbtulhom idejhom wara daharhom u jġegħluhom jimxu sat-tarf tat-tavla. Jekk jaqgħu fil-baħar ma kinux jistgħu jgħumu d’idejhom marbutin. Għalkemm din l-istorja hija popolari, ma jeżistux ħafna dokumenti li jgħidu li l-pirati tassew kienu jagħmlu dan lill-priġunieri tagħhom. Peter Pan Mnanar: Il-plural ta’ mannara. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Mokassin: Żarbun ħafif tal-ġild, kważi qisu papoċċ, tipiku tal-ewwel nazzjonijiet tal-Amerka tat-Tramuntana. L-Aħħar Moħikan Moxt: Pettne. Stejjer Qabel Torqod 1 ***** ***** *^^^* ***** *****Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja |