Glossarju

A   B   Ċ   C   D   E   F   Ġ  
G      H   Ħ   I   Ie   J   K  
L   M   N   O   P   Q   R   S  
T   U   V   W   X   Y   Ż   Z  
<<< L >>>
Klikkja t-titlu tal-ktieb biex tara
l-kelma fil-kuntest tal-istorja.
***** ***** ***** ***** *****

La Manċa: Reġjun fi Spanja. Don Quixote 

Laguna: Għadira ilma mielaħ maqtugħa mill-baħar minn biċċa art imramla. Peter Pan 

Laħam immellaħ: F’dawk iż-żminijiet ma kinux jeżistu friġġijiet u freezers, u l-aħjar metodu biex ma jħallux il-laħam jitħassar malajr kien li jżommuh fil-melħ. L-Assedju L-Kbir 

Latitudni: Żona fuq id-dinja li turi kemm pajjiż huwa qrib it-Tramuntana, in-Nofsinhar, jew l-ekwatur. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja 

Lebbrużi: Nies li jsofru mill-marda tal-lebbrożi, marda tal-ġilda li tittieħed. Illum il-ġurnata hemm kura għaliha. Ben Hur 

Lega: Sistema antika li tkejjel id-distanza. Lega kienet bejn wieħed u ieħor ftit inqas minn ħames kilometri. Għoxrin Elf Lega Taħt Il-Baħar 

Leġjun: Armata Rumana. Fi żmien ir-Repubblika, leġjun ġeneralment kien magħmul minn 4,800 suldat. In-numru żdiet aktar tard fil-perjodu tal-Imperu. Spartaku 

Leġjunarji (minn Leġjun): Suldati fl-armata Rumana. Fi żmien l-Imperu, leġjun ġeneralment kien magħmul minn 5,800 suldat. Ben Hur 

Libbra: Użin tal-imgħoddi. Libbra kienet bejn wieħed u ieħor ftit inqas minn nofs kilogramm. Stejjer Qabel Torqod 1 

Lieva: Liġi li tordna persuna taħdem bħala suldat għal perjodu ta’ żmien. L-Istorja Ta’ Mulan 

Lira sterlina: Il-munita Ingliża. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum 

Longhouse: Tip ta’ djar ta’ xi tribujiet tal-ewwel nazzjonijiet tal-Amerika, u li kienu magħmulin minn zkuk tas-siġar marbutin flimkien. Jissejħu hekk għaliex kienu tawwalin. Dawn kienu differenti mit-tinda (tipì) li kienu jużaw tribujiet oħra tal-Amerika. L-Istorja Ta’ Pokaħontas 

***** ***** *^^^* ***** *****

Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja