![]() Batterija: Grupp ta' kanuni. L-Assedju L-Kbir Belliegħa: Speċi ta’ tromba tal-baħar, fejn jiltaqgħu żewġ kurrenti qawwija tal-ilma, iduru ma’ xulxin, u jiġbdu kollox lejn qiegħ il-baħar. L-Argonawti Biċċiet tat-tmienja: Jew dollaru Spanjol; munita antika Spanjola. Kienu jissejħu hekk għaliex tmienja kienu jagħmlu r-real, munita oħra antika Spanjola. Il-Gżira Tat-Teżor Bies: Tip ta’ għasfur tal-priża. Don Quixote Bombay: L-isem Ingliż għal Mumbai, li sar l-isem uffiċjali fl-1995. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum Bożin: Uffiċjal fuq vapur jew xini li jieħu ħsieb l-apparat u l-għodod tal-baħrin. Peter Pan Braċieri: (singular braċiera). Speċi ta’ plattina żgħira tal-metall fejn tpoġġi l-ġamar (biċċiet tal-faħam jaħraq biex iżomm is-sħana). Iż-Żiemel L-Imsaħħar Braħmin: Għamla ta’ qassisin fir-reliġjon Ħindu. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum Brevjar: Ktieb tal-qassisin bit-talb għal kull siegħa tal-jum. L-Għarajjes Burma: L-isem antik tar-Repubblika tal-Unjoni ta’ Myanmar, li tinsab fil-Lbiċ tal-kontinent tal-Asja. Stejjer Qabel Torqod 1 ***** ***** *^^^* ***** *****Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja |