Norman C. Borg
Norman C. Borg huwa edukatur irtirat.
Għamel erbatax-il sena jgħallem fi skola primarja tal-gvern, sitt snin assistent kap ta’ skola u aktar tard sitt snin bħala uffiċjal edukattiv mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, fejn għen lill-għalliema tal-iskejjel primarji jintegraw l-użu tal-kompjuter u tal-Internet fit-tagħlim tagħhom.
Wara dan għamel erbatax-il sena għalliem tal-Ingliż fi skejjel tal-lingwi lokali. Kien ukoll lettur mistieden tas-Centre for English Language Proficiency u tad-Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta, fejn ta lezzjonijiet dwar l‑użu ta’ għodod elettroniċi għal riċerka u qari tal-provi tal-Malti u tagħlim tal-Ingliż. Kien ukoll membru tal-Kumitat Tekniku għall-Iżvilupp tal-Malti fl-Informatika.
Matul it-tmeninijiet u d-disgħinijiet kiteb bosta stejjer għat-tfal, ħafna minnhom ippubblikati fir-rivista Sagħtar maħruġa mill-Malta Union of Teachers u aktar tard mill-Fondazzjoni Sagħtar. Barra minn stejjer oriġinali ħareġ ukoll adattamenti ta’ stejjer klassiċi bħal Is-Saħħar ta’ Oż. Huwa koillustratur tal-ktieb Taħt Sema Kwiekeb (Merlin Publishers, 1997) kif ukoll koawtur tal-ktieb Tużżana (Merlin Publishers, 1998). Ma' awturi u illustraturi oħra kkollabora wkoll fil-produzzjoni ta' komiks bħal Avventura (1981-1982) u Il-Komik (1983-1984).
Xogħlijiet


Kitba oriġinali
- Il-Ħofra tal-Ilwien (1988)
- L-Astrofittiexa (1989)
- It-Torri l-Griż (1992)
- Mollamolla (Tużżana, 1998)
- Ara Ġejja ż-Żunżana Għalik! (1999)
- Żarbun Imsaħħar (eBook, 2012)


Adattamenti u xogħol ieħor
- Is-Saħħar ta' Oż - L. Frank Baum (1994)
- Ġejjin il-Kaċċaturi! (1996)
- L-Isfida tal-Barri (1996)
- Is-Siġra taż-Żraben (1996)
- Fredu Frakass - Ernest Laurence (1997)
- Il-Ħtif tar-Re Żamuża - Korky Paul (1997)
- Il-Prinċep il-Kuntent - Oscar Wilde (1997)
- Il-Ġgant l-Egoist - Oscar Wilde (1997)

Komiks
- Il-Gladjaturi tal-Ispazju (Avventura - 1981)
- Tfal Imqarba (Il-Komik - 1983)
- Is-Samaritan it-Tajjeb (1983)
- Il-Fenek u l-Fekruna (1983)
- L-Imħatra (1983)
- Id-Djarju ta' Anna Frank (1983)
- Il-Volpi u l-Għarnuq (1984)
- In-Nemla u l-Ġurat (1984)
- Ġolġol għall-Qattus (1984)
- Ġej il-lupu! (1984)
- Il-Ġurdien tal-Għelieqi u l-Ġurdien tal-Belt (1984)