![]() Akustiku: Li għandu x’jaqsam mal-ħoss u s-smigħ. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Alkemista: Wieħed li mijiet ta’ snin ilu kien jagħmel esperimenti bil-kimika. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Alluċinazzjoni: Meta tara, tisma’ tħoss jew ixxomm xi ħaġa li mhix tassew hemm jew ma teżistix. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Anarkiku: Wieħed li jkun kontra l-gvern u l-liġijiet. Illum il-ġurnata tintuża wkoll il-kelma terrorista. Ir-Raġel L-Inviżibbli Art l-Ispirti (jew Art il-Mejtin): Fil-mitoloġija tal-ewwel nazzjonijiet tal-Amerka, kien il-post fejn kienu jmorru l-erwieħ tal-mejtin; speċi ta’ Ġenna. L-Aħħar Moħikan Arti marzjali: Il-ħiliet ta’ suldat, speċjalment tal-popli tal-Lvant. L-Istorja Ta’ Mulan Atlas: Ktieb bil-mapep ta’ pajjiżi u kontinenti. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Awrora borealis: Forom ta’ dwal b’ħafna lwien, qishom purtieri, li xi drabi jidhru fis-sema billejl fl-artijiet ta’ fuq tad-dinja. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja Awriga: Is-sewwieq tal-karru tat-tlielaq. Ben Hur ***** ***** *^^^* ***** *****Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja |