Qasba tar-ragħad: Kif l-ewwel nazzjonijiet tal-Amerika kienu jsejħu l-ixkubetti li ġabu magħhom l-Ewropej. Kienu jsejħulhom hekk minħabba l-ħoss qawwi li kienu jagħmlu malli jisparaw. L-Istorja Ta’ Pokaħontas
Qorriegħa: l-iskutella tar-ras. Kienet drawwa fost ħafna mill-ewwel nazzjonijiet tal-Amerka li jqaxxru l-ġilda tal-qorriegħa, bix-xagħar b’kollox, tal-għedewwa li kienu joqtlu, u jżommuha bħala trofew. L-Aħħar Moħikan
Quixada: Bl-Ispanjol, il-pronunzja hija kiħada. Għalhekk Don Quixote (jew Quijote) ngħiduha Don Ki-ħo-te. Ismagħha hawn. Don Quixote
Qwieqeb: (singular, qawqab). Id-dwiefer f’saqajn annimali bħaż-żwiemel u l-barrin. L-Argonawti
Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja