Nagħma: Għasfur kbir li jgħix fl-Afrika imma ma jtirx. (Ingliż ostrich). Il-Vjaġġi Ta’ Gulliver
Nantucket: Gżira li tagħmel parti mill-istat ta’ Massachusetts, fl-Istati Uniti, u li fi żmien din l-istorja kienet tiddependi ħafna fuq l-industrija tal-kaċċa tal-balieni. Moby Dick
New Bedford: Belt u port, ukoll fl-istat ta’ Massachusetts. Fil-bidu tad-dsatax-il seklu kien wieħed mill-aktar portijiet importanti għall-kaċċa tal-balieni. Moby Dick
Newfoundland: Razza ta’ klieb kbar bil-pil folt, jixbhu ħafna lir-razza tas-San Bernard. Peter Pan
Nigru: l-isem li s-sidien bojod kienu jużaw biex isejħu lill-ilsiera suwed. Illum il-ġurnata l-kelma hija kkunsidrata offensiva u ma tintużax. Il-Gabbana Taz-Ziju Tom
Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja