La Manċa: Reġjun fi Spanja. Don Quixote
Laguna: Għadira ilma mielaħ maqtugħa mill-baħar minn biċċa art imramla. Peter Pan
Laħam immellaħ: F’dawk iż-żminijiet ma kinux jeżistu friġġijiet u freezers, u l-aħjar metodu biex ma jħallux il-laħam jitħassar malajr kien li jżommuh fil-melħ. L-Assedju L-Kbir
Latitudni: Żona fuq id-dinja li turi kemm pajjiż huwa qrib it-Tramuntana, in-Nofsinhar, jew l-ekwatur. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja
Lebbrużi: Nies li jsofru mill-marda tal-lebbrożi, marda tal-ġilda li tittieħed. Illum il-ġurnata hemm kura għaliha. Ben Hur
Lega: Sistema antika li tkejjel id-distanza. Lega kienet bejn wieħed u ieħor ftit inqas minn ħames kilometri. Għoxrin Elf Lega Taħt Il-Baħar
Leġjun: Armata Rumana. Fi żmien ir-Repubblika, leġjun ġeneralment kien magħmul minn 4,800 suldat. In-numru żdiet aktar tard fil-perjodu tal-Imperu. Spartaku
Leġjunarji (minn Leġjun): Suldati fl-armata Rumana. Fi żmien l-Imperu, leġjun ġeneralment kien magħmul minn 5,800 suldat. Ben Hur
Libbra: Użin tal-imgħoddi. Libbra kienet bejn wieħed u ieħor ftit inqas minn nofs kilogramm. Stejjer Qabel Torqod 1
Lieva: Liġi li tordna persuna taħdem bħala suldat għal perjodu ta’ żmien. L-Istorja Ta’ Mulan
Lira sterlina: Il-munita Ingliża. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum
Longhouse: Tip ta’ djar ta’ xi tribujiet tal-ewwel nazzjonijiet tal-Amerika, u li kienu magħmulin minn zkuk tas-siġar marbutin flimkien. Jissejħu hekk għaliex kienu tawwalin. Dawn kienu differenti mit-tinda (tipì) li kienu jużaw tribujiet oħra tal-Amerika. L-Istorja Ta’ Pokaħontas
Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja