Norman C. Borg

Norman C. Borg huwa edukatur irtirat.

Għamel erbatax-il sena jgħallem fi skola primarja tal-gvern, sitt snin assistent kap ta’ skola u aktar tard sitt snin bħala uffiċjal edukattiv mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, fejn għen lill-għalliema tal-iskejjel primarji jintegraw l-użu tal-kompjuter u tal-Internet fit-tagħlim tagħhom.

Wara dan għamel erbatax-il sena għalliem tal-Ingliż fi skejjel tal-lingwi lokali. Kien ukoll lettur mistieden  tas-Centre for English Language Proficiency u tad-Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta, fejn ta lezzjonijiet dwar l-użu ta’ għodod elettroniċi għal riċerka u qari tal-provi tal-Malti u tagħlim tal-Ingliż. Kien ukoll membru tal-Kumitat Tekniku għall-Iżvilupp tal-Malti fl-Informatika.

Matul it-tmeninijiet u d-disgħinijiet kiteb bosta stejjer għat-tfal, ħafna minnhom ippubblikati fir-rivista Sagħtar maħruġa mill-Malta Union of Teachers u aktar tard mill-Fondazzjoni Sagħtar. Barra minn stejjer oriġinali ħareġ ukoll adattamenti ta’ stejjer klassiċi bħal Is-Saħħar ta’ Oż. Huwa koillustratur tal-ktieb Taħt Sema Kwiekeb (Merlin Publishers, 1997) kif ukoll koawtur tal-ktieb Tużżana (Merlin Publishers, 1998). Ma' awturi u illustraturi oħra kkollabora wkoll fil-produzzjoni ta' komiks bħal Avventura (1981-1982) u Il-Komik (1983-1984).

Xogħlijiet

Kitba oriġinali

  • Il-Ħofra tal-Ilwien (1988)
  • L-Astrofittiexa (1989)
  • It-Torri l-Griż (1992)
  • Mollamolla (Tużżana, 1998)
  • Ara Ġejja ż-Żunżana Għalik! (1999)
  • Żarbun Imsaħħar (eBook, 2012)

Adattamenti u xogħol ieħor

  • Is-Saħħar ta' Oż - L. Frank Baum (1994)
  • Ġejjin il-Kaċċaturi! (1996)
  • L-Isfida tal-Barri (1996)
  • Is-Siġra taż-Żraben (1996)
  • Fredu Frakass - Ernest Laurence (1997)
  • Il-Ħtif tar-Re Żamuża - Korky Paul (1997)
  • Il-Prinċep il-Kuntent - Oscar Wilde (1997)
  • Il-Ġgant l-Egoist - Oscar Wilde (1997)

Komiks