Glossarju

A   B   Ċ   C   D   E   F   Ġ   G      H   Ħ   I   Ie   J   K  
L   M   N   O   P   Q   R   S   T   U   V   W   X   Y   Ż   Z  
<<< P >>>
Klikkja t-titlu tal-ktieb biex tara l-kelma fil-kuntest tal-istorja.
***** ***** ***** ***** *****

Paġġ: Paġġ kien qaddej, jew assistent. Kull fieres kellu l-paġġ tiegħu biex jgħinu jieħu ħsieb iż-żiemel, l-armatura u l-armi tiegħu, kif ukoll biex jagħmillu qadjiet oħra. Don Quixote 

Pagoda: Tempju orjentali, forma ta’ torri b’ħafna sulari, ġeneralment tar-reliġjon Buddista. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum 

Palankin: Siġġu mgħotti, imqiegħed fuq lasti twal, u li jġorruh fuq spallejhom erbgħa jew sitta minn nies. Stejjer Qabel Torqod 1 

Palelli: Imqadef bil-pala kbira. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum 

Palizzata: Palizzata kienet ringiela ta’ zkuk ippuntati li setgħu jservu ta’ barriera fuq l-art jew taħt wiċċ l-ilma. L-Assedju L-Kbir 

Parċmina: Speċi ta’ karta magħmula mill-ġild tal-annimali li kienu jiktbu d-dokumenti fuqha fl-antik. Don Quixote | Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja 

Pattulja: Grupp żgħir ta’ suldati li xogħolhom hu li jgħassu biċċa art jew post. L-Assedju L-Kbir 

Peniżola: Biċċa art imdawra bil-baħar fuq tliet naħat. L-Għolja Xiberras, il-Birgu u Senglea t-tlieta huma peniżoli. L-Assedju L-KbirVjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja 

Pennun: Il-parti fil-għoli ta’ arblu ta’ xini fejn tifforma salib ma’ arblu mimdud. Il-Gżira Tat-Teżor 

Pied: Kejl Ingliż għat-tul − madwar 30.48 ċentimetru. Ħrejjef Minn Ktieb Il-Ġungla | Il-mummja | Moby DickVjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja 

Pira: Pjattaforma magħmula biz-zkuk fejn ipoġġu l-katavru għall-ħruq. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum 

Poppa: Il-parti ta’ wara ta’ xini, vapur jew dgħajsa. Il-Vjaġġi Ta’ Gulliver | Moby Dick 

Promontorju: Art dejqa u għolja li toħroġ ’il barra fuq il-baħar. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja 

Pulzier: Kejl Ingliż, daqs 2.54 ċentimetru. Pied fih tnax-il pulzier. Il-mummja | Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja | Il-Vjaġġi Ta’ Gulliver

Puntun: Numru ta’ dgħajjes ċatti marbutin flimkien u pjanċa twila tal-injam poġġuta fuqhom biex isservi ta’ pont. L-Assedju L-Kbir 

Pupress: L-arblu mimdud fuq il-ponta ta’ quddiem ta’ xini. Il-Gżira Tat-Teżor 

***** ***** *^^^* ***** *****