Glossarju

A   B   Ċ   C   D   E   F   Ġ   G      H   Ħ   I   Ie   J   K  
L   M   N   O   P   Q   R   S   T   U   V   W   X   Y   Ż   Z  
<<< K >>>
Klikkja t-titlu tal-ktieb biex tara l-kelma fil-kuntest tal-istorja.
***** ***** ***** ***** *****

Kappestru: Iċ-ċineg li tpoġġi madwar ras iż-żiemel biex tmexxih meta tirkbu. L-Istorja Ta’ Mulan 

Kassja: Tip ta’ xitla. Il-mummja 

Kassru tal-pruwa: Parti li tkun fuq quddiem (pruwa) tal-bastiment, fejn joqogħdu u jorqdu l-baħrin. Moby Dick 

Kavallerija: Sett ta’ regoli dwar l-imġiba ta’ persuna biex iġġib ruħha b’unur u rispett quddiem ħaddieħor, speċjalment man-nisa. Don Quixote 

Kawzjoni: Somma flus li titħalles lill-qorti biex il-persuna ma tibqax il-ħabs sakemm jinqata’ l-każ. Jekk il-persuna ma tattendix il-każ, il-flus jinżammu mill-qorti. Lura Dawra mad-Dinja Fi 80 Jum 

Kenura: Speċi ta’ dgħajsa żgħira dejqa u ppuntata fuq quddiem u fuq wara. Bl-Ingliż canoeL-Aħħar Moħikan | L-Istorja Ta’ Pokaħontas 

Kolonisti: Nies li kienu jitilqu pajjiżhom biex ifittxu artijiet ġodda u jibdew ħajja ġdida billi jibnu bliet hemm. Ngħidu li kienu jwaqqfu kolonja. Il-popli li kienu jgħixu f’dak il-post qabilhom xi drabi kienu jilqgħuhom, u xi drabi ma kinux jaċċettawhom, u kien iqum ħafna inkwiet. L-Istorja Ta’ Pokaħontas 

Konfuċju: Konfuċju kien filosfu u għalliem Ċiniż li twieled madwar 2,570 sena ilu. It-tagħlim u l-filosofija tiegħu huma dwar il-moralità, l-onestà, il-ġustizzja, l-imġiba tajba u r-rispett lejn il-proxxmu. It-tagħlim tiegħu għadu importanti fil-ħajja tan-nies fiċ-Ċina, il-Korea, il-Ġappun u l-Vjetnam. Stejjer Qabel Torqod 1 

Koorta: Battaljun ta’ suldati fl-armata Rumana. Ġeneralment kien jikkonsisti f’480 suldat. Spartaku 

Kosbor: Pjanta li ż-żerriegħa u l-weraq tagħha jintużaw bħala ħwar. Il-Qattus Li Fenda Għal Rasu 

Kratier: Il-ħofra ewlenija minn fejn jiżbroffa vulkan. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja 

Krinjiera: Ix-xagħar fuq ras u għonq iż-żiemel. Il-Qattus Li Fenda Għal Rasu | Stejjer Qabel Torqod 1 

Kwartun: Kelma Amerikana li tirreferi għal persuna li kellha wieħed jew waħda min-nanniet ta’ razza sewda Afrikana; pereżempju nannu Afrikan u tliet nanniet Ewropej. Dawn in-nies ikollhom karnaġġjon aktar ċara, kważi Ewropea. Fis-sistema ta’ skjavitù Amerikan, kwartuni kienu jagħtuhom xogħol fid-djar tas-sinjuri, waqt li l-iskjavi Afrikani puri kienu jagħtuhom xogħol iebes fl-għelieqi, għax kienu jqisuhom inqas intelliġenti. Il-Gabbana Taz-Ziju Tom 

Kwaternarju: Perjodu ta’ żmien li ninsabu fih u li beda madwar żewġ miljun sena ilu. Vjaġġ lejn iċ-ċentru tad-dinja 

***** ***** *^^^* ***** *****