Lew Wallace (1827-1905)Lew Wallace twieled fi Brookville, fl-istat tal-Indiana, fl-10 t’April 1827. Kien it-tieni minn familja ta’ erba’ subien. Fis-sajf tal-1832, il-familja marret toqgħod f’Convignton, l-Indiana. Iż-żagħżugħ Lew kien interessat ħafna fil-liġi, u hemmhekk beda jistudja biex isir avukat. Madankollu, meta faqqgħet il-gwerra bejn l-Istati Uniti u l-Messiku, waqaf l-istudji tiegħi biex jiġbor is-suldati għall-gwerra. Fil-Gwerra Ċivili Amerikana, Wallace iġġieled fuq in-naħa tal-Unjoni. Bil-ħila tiegħu irnexxielu jsalva l-belt ta’ Washington D.C. milli taqa’ f’idejn l-għadu. Wara karriera eċċitanti u mimlija unuri fl-armata, Wallace irriżenja minn ġeneral fl-1865 biex ikompli jaħdem bħala avukat. Bejn l-1878 u l-1881 kien gvernatur tal-istat ta’ New Mexico. Kien ukoll membru tal-qorti waqt il-ġuri ta’ dawk li kienu mixlijin bil-qtil ta’ Abraham Lincoln. Wallace miet fi Crawfordsville, l-Indiana, fil-15 ta’ Frar 1905. Huwa magħruf l-aktar għal tliet rumanzi storiċi li kiteb, The Fair God, storja dwar il-ħakma tal-Messiku, The Prince of India, dwar Lhudi fl-Imperu Biżantin, u, l-aktar famuża tiegħu, Ben Hur. Qari tal-provi: >L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu © Norman C. Borg Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja |