Vetrina X'inhuma l-Kotba fil-But? Il-Librerija Il-Kittieba Norman C. Borg Għall-paġna Facebook Fittex fil-Librerija

Jeddijiet tal-awtur

Barra mill-każijiet fejn huwa speċifikat, il-kontenut tal-proġett Kotba fil-But fuq dan is-sit u l-kodiċi HTML5, CSS3 u Javascript tiegħu, huma l-proprjetà intellettwali tal-awtur © 2022-2024 Norman C. Borg, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnhom.

L-ebda parti tax-xogħlijiet li jidhru fuq dan is-sit ma tista' tiġi ppubblikata jew riprodotta b'mod fotostatiku, elettroniku jew mekkaniku mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtur.

Ringrazzjamenti

Nixtieq nirringrazzja lil dawn l-individwi (imniżżlin f'ordni alfabetiku) li tawni - u għadhom qegħdin jagħtuni - ideat, pariri u għanjuna b'ħafna modi oħra - biex nibqa' ntejjeb dan is-sit.
Helen Barbara; Kirsten Brincat; Mark Camilleri; Victor Fenech; Christopher Giordano; Christine Grech; Daniel Grech; Anabel Micallef; David Muscat; Priscilla Sammut; Therese Vella

Printjar ta' paġni

L-iskop prinċipali ta' dawn il-kotba huwa li jinqraw fuq apparat elettroniku; madankollu, ix-xogħlijiet, sħaħ jew parzjali, jistgħu jiġu pprintjati taħt dawn il-kundizzjonijiet:

  • L-ipprintjar għandu jkun biss għal skop personali jew għal użu edukattiv fi klassi, imma mhux għal użu kummerċjali biex isir profitt minnu.
  • Trid tidher ċara fil-header ta' kull folja pprintjata n-nota tal-jeddijiet tal-awtur.

L-aħjar mod biex tipprintja kopja 'nadifa' tal-ktieb (mingħajr frilli u testi żejda) huwa hekk:

  • Idħol fil-ktieb mill-paġna tal-Librerija;
  • It-test issa jieħu l-ispazju kollu tal-iscreen mingħajr kaxxi u buttuni.
  • Uża l-faċilità tal-browser (Edge, Chrome, Firefox, eċċ) biex tipprintja l-ktieb sħiħ jew silta minnu.
  • Fis-settings tal-Print ara li Headers and Footers tkun magħżula.
  • Ara li l-għażla background graphics tkun mitfija.
  • Minflok tipprintja fuq printer, fis-settings tal-Print għandek ukoll l-għażla li taħżen il-paġna bħala fajl PDF jekk din il-faċilità hija nstallata fuq il-kompjuter tiegħek.

Osserva li f'kotba fejn hemm illustrazzjonijiet, dawn ma jiġux ipprintjati mat-test. Biex tipprintja lilhom, iftagħhom fuq screen għalihom (mill-ħolqa li tidher fit-test) u pprintjahom għalihom bl-istess mod imfisser hawn fuq.