Bil-għajnuna tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, uħud mill-kotba fil-Librerija se jibdew jidhru f’format ePub fis-sezzjoni elettronika tal-Librerija Nazzjonali (Malta Libraries). Bħalissa hemm għaxar kotba għaddejjin minn dan il-proċess, u f’qasir żmien għandhom jibew jidhru wieħed wara l-ieħor. Kull wieħed li joħroġ ikun imħabbar hawn.
X’inhi d-differenza bejn il-ktieb li jidher fuq dan is-sit u dak li jidher fil-MaltaLibraries. It-test fih innifsu jibqa’ l-istess. Madankollu, għalkemm it-test f’dan is-sit jidher fuq l-iskrin ta’ apparat b’mod sempliċi fuq browser tal-internet kwalunkwe, l-ePub se jkollok bżonn tniżżel app għalih. L-app huwa b’xejn, iżda jkollox bżonn tinstallah biex taqra l-ktieb.
Dan ġeneralment huwa proċess sempliċi. Jekk inti diġà membru rreġistrat tal-MaltaLibraries, x’aktarx diġà għandek l-app installat. Aktar istruzzjonijiet dwar dan jidhru hawn meta l-ewwel ePub joħroġ mill-ANL uffiċjalment.
Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja