Qiegħed nippjana li nfassal uħud mill-kotba fil-Librerija f’format ta’ awdjokotba. Dawn ikunu jixbhu ePubs, iżda jkunu jistgħu jidhru fuq sit elettroniku sempliċi, u jkollhom narrazzjoni flimkien mal-istorja li tista’ tinqara fuq l-iskrin. Għalissa għadni pproduċejt test wieħed biss b’dan il-mod: L-Avventuri ta’ Pinokkjo, ta’ Carlo Collodi. Biż-żmien nipprova nfassal oħrajn.
Ħolqa għall-verżjoni awdjoktieb tkunu tistgħu issibuha wkoll fil-paġna tat-test tal-ktieb.
Uħud mill-kotba tista’ taqrahom fuq l-iscreen fid-dehra ta’ flipbooks, fejn tkun tista’ tikklikkja biex iddawwar il-paġna ’l quddiem jew lura.
Avventura | Esplorazzjoni | Fantasija | Fantaxjenza | Ħrejjef | Leġġendi | Letteratura għat-Tfal | Letteratura Maltija | Makabru | Misteru | Mitoloġija | Rumanzi Klassiċi | Storja