Privatezza personali u professjonali
Dokumenti mogħtija għall-qari tal-provi qatt ma
huma se jingħataw lil terzi persuni. Id-dokumenti jinħażnu f'lok
sigur għal żmien limitat sakemm isir ix-xogħol fuqhom, u wara
jinqerdu 30 jum wara li jkun lest is-servizz.
Il-privatezza tal-klijent hija rispettata
l-ħin kollu. Dettalji personali ta' klijenti qatt ma jingħataw lil
terzi persuni sakemm dan ma jkunx mitlub mil-liġi.
Dokumenti akkademiċi
Huwa l-klijent
li għandu jifli sew ir-regoli tal-università jew kulleġġ fejn
qiegħed jistudja qabel ma jagħmel użu
minn dawn is-servizzi. Kull kumment jew suġġeriment li jingħata
rigward dawn id-dokumenti għandhom jiġi meqjusa biss bħala għajnuna
stilistika u qatt bħala pariri professjonali.
Hija wkoll ir-responsabbiltà tal-klijent li jdaħħal ix-xogħol akkademiku fil-ħin stipulat mill-istituzzjoni. Jekk wieħed jordna servizz tal-qari tal-provi biex jitlesta f'ċertu żmien, l-istudent għandu jikkalkula mill-inqas ħamest ijiem bejn tmiem is-servizz tal-qari tal-provi u għeluq iż-żmien stipulat mill-istituzzjoni.
Għaldaqstant, biex tintħares il-kwalità professjonali tas-servizz, il-qarrej tal-provi għandu d-dritt jiċħad xogħol jekk fil-parir tiegħu ix-xogħol ma jkunx jista' jitlesta fil-ħin.
Tmiem ix-xogħol fil-ħin stipulat
Jekk għal xi raġuni x-xogħol komplut ma jasalx
fiż-żmien stipulat, il-klijent jista' jibgħat ittra elettronika jum
wara għeluq iż-żmien. Se jsir kull sforz biex ix-xogħol mitlub isir
fil-ħin, madankollu l-qarrej tal-provi ma jistax jitqies
responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu f'każ li jiġri dan.
Skontijiet u offerti speċjali
Il-qarrej tal-provi għandu d-dritt ibiddel jew iwaqqaf għal kollox skontijiet u offerti speċjali jekk ikun hemm bżonn.
Kanċellazzjoni ta' ordnijiet
Il-klijent jista' jħassar ordni meta jrid, iżda d-depożitu ma jingħatax lura.
Flus lura jingħataw biss f'każijiet
eċċezzjonali u fid-diskrezzjoni tal-qarrej tal-provi.
Fuq | Itlob stima