Is-servizzi huma kompletament elettroniċi, u l-proċess isir kollu
permezz tal-internet u l-posta elettronika mill-bidu sal-aħħar.
- Mur fil-paġna Itlob stima u
imla d-dettalji. Huwa importanti li tniżżel id-dettalji kollha,
ħalli tkun tista' tirċievi stima preċiża tas-servizz li tixtieq
kif ukoll meta għandek tistenna li jkun lest. Tirċievi posta
elettronika li tgħidlek kemm se tonfoq u meta x-xogħol ikun
lest.
- Jekk tiddeċiedi tagħmel użu mis-servizz, ikkonferma l-posta
elettronika u agħmel depożitu ta' 20%.
- Malli l-ħlas ikun ikkonfermat mill-bank, tirċievi konferma
biex tibgħat ix-xogħol mehmuż ma' posta
elettronika. Id-data meta x-xogħol għandu jkun lest tkun
ikkalkulata fuq il-ġurnata meta jasal id-dokument.
- Ix-xogħol fuq id-dokument isir fuq l-istess programm fejn
ikun sar oriġinarjament. Jiġifieri, jekk tkun ħloqt dokument
bil-Word 2007, il-qari tal-provi ta' dak id-dokument isir fuq
Word 2007 ukoll (mhux fuq 2003 jew 2010). Dan biex naċċertaw li
anki jekk ikun hemm tibdiliet żgħar fil-verżjonijiet tal-programm,
dawn ma jaffettwawx id-dokument. Jekk tibgħat dokument bħala
plain text jew rich text format, ix-xogħol fuq
dawn isir fil-Word 2010 sakemm inti ma titlobx mod ieħor. Dan
jgħodd ukoll għal dokumenti maħluqa bil-PowerPoint.
- Id-dokument komplut tirċivieh fiż-żmien
stipulat, u tiġi mitlub tħallas il-bqija tal-kont.
Kif tibgħat dokument għall-qari tal-provi
Tista' tibgħat dokument sħiħ f'darba jew anki f'partijiet separati,
biss ftakar li din tal-aħħar tista' ttawwal iż-żmien biex jitlesta
x-xogħol fuq id-dokumenti.
Tista' tibgħat dokumenti f'dawn il-formati:
- Plain text (.txt)
- Rich text format (.rtf)
- Word format (.doc Word 2003); .docx (Word 2007); .docx (Word
2010/2013)
- OpenOffice.org/LibreOffice format (.odt)
- PowerPoint format (.ppt 2003); .pptx (2007); .pptx (2010/2103)
għall-preżentazzjonijiet
Jekk tkun trid li l-qari tal-provi jsir skont house style
partikolari, għandek tibgħat din il-house style
mad-dokument. Ġeneralment ħafna pubblikaturi u istituzzjonijiet
ikunu jistgħu jibagħtulek din elettronikament.
Kif isir il-qari tal-provi
Tintuża s-sistema tat-Track Changes tal-Microsoft Office.
Dan ifisser li malli tirċievi d-dokument lura, tkun tista' tara
l-korrezzjonijiet, it-tibdiliet u l-kummenti kolha li jkunu saru.
Umbagħad f'idejk tkunx trid taċċetta jew tiċħad dawn it-tibdiliet.
Ix-xogħol ipproċessat tirċivih lura bit-Track Changes attivati. Miegħu tirċievi wkoll dokument f'format PDF li jispjegalek kif timmaniġġa t-Track Changes.
Servizz ta' qari tal-provi
Dan is-servizz jiffoka fuq it-test innifsu, u jinkludi
żbalji ortografiċi u tat-tipa, żbalji ta' punteġġatura u ittri
kapitali u anki żbalji fil-grammatika. Id-dehra tad-dokument,
preżentazzjoni, formattjar u paġinazzjoni mhumiex inklużi f'dan
is-servizz.
Servizz ta' copy editing
Dan is-servizz jinkludi x-xogħol kollu tas-servizz
tal-qari tal-provi kif ukoll reviżjoni tal-istruttura lingwistika,
ċarezza fid-diskors, konsistenza fl-istil kif ukoll preżentazzjoni,
formattjar u paġinazzjoni.
Fil-każ ta' kitba akkademika jsir ukoll xogħol fuq stanards ta' referenza biblijografika kif ukoll kwotazzjonijiet fit-test. F'dan il-każ ikun hemm bżonn turi liema hu l-istandard li tkun trid tuża. Bħalissa jsir xogħol fuq l-APA, l-MLA u l-Hardvard. Standards oħra jistgħu jsiru fuq talba tal-klijent.
Fil-każ ta' dokumenti li jinkludu indiċi analitiċi, dan
jinkludi wkoll il-konsistenza fil-cross references.
Madankollu dan is-servizz ma jinkludix it-tifsil tal-indiċi
analitiku.
Ħlas
Ħlas isir permezz ta' ċekk, direct bank transfer jew minn fuq l-Internet permezz ta' PayPal.
Fl-industrija standard tal-qari tal-provi 'paġna' hija
meqjusa li tikkonsisti f'250 kelma, irrispettivament mid-daqs
tat-tipa u l-ispazjar tal-vrus. Għaldaqstant ir-rati tal-ħlas huma
kkalkulati skont paġni, mhux skont kemm idum ix-xogħol, għal għadd ta'
raġunijiet:
- Il-klijent jista' jikkalkula eżatt kemm se jħallas qabel ma
jsir ix-xogħol.
- Jiddipendi min-natura tax-xogħol, il-ħin fuq dokumenti
partikolari jista' jvarja ħafna.
Kull prezz ikkwotat jinkludi 18% VAT.
Għal aktar tagħrif dwar ir-rati ta' ħlas, ikklikkja fuq it-tipi ta'
dokument partikolari llistjati fuqnett tal-paġna.
Fuq | Itlob stima