Hemm bżonn l-ideat tiegħek!
Kritika kostruttiva tgħin ittejjeb is-servizz u tagħmlu aktar effiċjenti. Għaldaqstant l-ideat tiegħek huma ta' valur kbir.

Malli s-servizz li tkun tlabt ikun lest, bħala klijent stabbilit se tiġi mitlub twieġeb kwestonjarju qasir li m'għandekx tieħu aktar minn ħames minuti biex tlestih. Meta tirċievi lura x-xogħol ipproċessat se tingħatalek ħolqa għal dan il-kwestjonarju.

Minn żmien għal ieħor jiżdiedu xhieda (testimonials) fil-paġna vetrina ta' dan is-sit. Fil-kwestjonarju jkollok l-opportunità turi tridx li ismek u l-kummenti tiegħek jiżdidux ma' dawn ix-xhieda.

Naturalment, dan huwa kollu fuq bażi volontarja, madankollu l-parteċipazzjoni tiegħek tkun apprezzata ħafna.



Fuq | Itlob stima