Pronomi mehmużin man-nomi

  
Daħħal kelma waħda minflok dawk fil-parentesi.
Għandek 10 minuti.
  1. Waqa' minn fuq ir-rota u kiser (l-id tiegħu).
  2. Is-sibt filgħodu tmur tixtri ma' (l-omm tagħha).
  3. Għandek tieħu ħsieb (is-saħħa tiegħek) billi tiekol ikel bnin.
  4. Ix-xogħol ta' (il-missier tiegħi) huwa wieħed iebes.
  5. Waqt li kienu barra ħalliel daħlilhom id-dar u serqilhom (il-flus tagħhom) kollha.
  6. Tkunx traskurat! Ħu ħsieb (il-ħwejjeġ tiegħek)!
  7. Żammet (il-kelma tagħha), għax dak li wiegħdet għamlitu.
  8. Bħala kastig il-ġenituri ma ħallewhiex tmur tilgħab ma' (il-ħbieb tagħha).
  9. Gordon qatt ma jistudja. (Il-ħsieb tiegħu) biss fil-logħob.
  10. Ilu jaf lil (il-ħabibu tiegħu) minn (it-tfulija tiegħu).
  11. Billejl ma raqadtx sew, u waqt il-lezzjoni (l-għajn tiegħu) marret bih.
  12. Qabel (il-mewt tiegħu) għamel testment u ħalla kollox lil (bint tiegħu).
  13. (l-omm tagħna) kienet tagħmel ħafna sagriffiċċji għalina meta konna żgħar.
  14. Tinsiex tikteb (l-isem tiegħek) fuq l-ewwel paġna tal-karta tal-eżami.
  15. Arah lil Rex jinbaħ u jferfer (id-denb tiegħu) kull meta jżurna xi ħadd!
  16. Kellha ssejjaħ lit-tabib għax kellha (id-dahar tagħha) juġagħha ħafna.
  17. (iz-zijiet tagħna) li jgħixu l-Awstralja tilfu (id-dar tagħhom) fin-nirien.
  18. Tħobb tiżbogħ (id-dwiefer tagħha) b'kuluri differenti.