Sinonimi - kliem bl-istess tifsira

  
Sib il-kelma jew frażi li jfissru l-istess bħal dawk b'sing taħthom. Ittajpjahom fil-kaxxi.
Attent għax xi ftit minnhom ibiddlu l-ġens. Ara li tispelli l-kliem sewwa.
Għandek għaxar minuti!





  1. Waħda mill-aktar industriji importanti għal pajjiżna hija l-agrikoltura l-.
  2. L-ors huwa annimal feroċi u perikoluż.
  3. L-eżami kien diffiċli ħafna. Bilkemm stajt inwieġeb il-mistoqsijiet kollha.
  4. Waqqaf lill-għalliem fil-kurutur biex isaqsih domanda .
  5. Huwa d-dover ta' kull ċittadin li jħallas it-taxxa.
  6. L-edukazzjoni hija dritt li għandu jkollhom kull tifel u tifla.
  7. Kien hemm folla nies tistenna lis-superstar nieżla mill-ajruplan.
  8. L-għada tal-festa tar-raħal ħafna nies iħobbu jeħduha vaganza .
  9. Ħafna proverbji Maltin huma msejsa fuq l-esperjenza tal-bdiewa u s-sajjieda.
  10. Ħadd ma jista' jgħid x'se jiġri eżatt fil-futur .
  11. Waqt il-maltempata l-baħar beda jħabbat mal-art b'forza liema bhaħla.
  12. Għal snin twal de Valette qatta' ħajtu bħala skjav fuq xini Musulman.
  13. Irċevejna invit għat-tieġ ta' Michael u Stephanie.
  14. Trevor Zahra huwa awtur popolari ħafna fost it-tfal Maltin.
  15. Karl kien kuntent mhux bil-ftit bir-rigali li qala' f'għeluq sninu.
  16. Kien hemm passaġġ dejjaq bejn id-dwejra u t-tarf tal-foresta.
  17. Iddedikat ħajjitha għal ħidma kontinwa mal-foqra u l-morda.
  18. Skont il-basriet tat-temp għada se tkun ġurnata sabiħa .